Parnis iffrodat minn membru tas-Segretarjat Privat tiegħu

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis ġie ffrodat minn dak li llum huwa eksmembru tas-Segretarjat Privat tiegħu.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet ħabbar li fl-aħħar jiem għamel rapport lill-Pulizija fil-konfront ta’ eksmembru, wara li sar magħruf li ffroda lill-istess Segretarju Parlamentari. 
Il-persuna inkwistjoni tressqet il-Qorti wara li saru investigazzjonijiet mill-Pulizija.