Akkużat b’ħasil ta’ flus; jinżamm arrestat

Arkivji

Raġel ta’ 65 sena minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat li fit-3 ta’ Ġunju 2020, jew fis-snin ta’ qabel għamel atti ta’ ħasil ta’ flus billi kkonverta jew trasferixxa propjetà meta kien jaf jew jissuspetta li dik il-propjetà nkisbet b’attività kriminali u talli prova jagħmel attività llegali fuq l-istess propjetà. Ir-raġel kien akkużat ukoll li aġixxa bħala kompliċi f’dawn l-illegalitajiet.

Fil-qorti r-raġel baqa’ sieket u ma weġibx jekk hux ħati jew le għall-akkużi miġjuba kontrih.

Min-naħa tagħha l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddeċidiet li r-raġel għandu jinżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Liannne Bonello u l-Ispettur Kevin Pulis.