Ħaddiem akkużat b’attakk sesswali fuq żewġ minuri f’lukanda

Google Maps

Read in English.

Raġel ta’ 41 sena tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li wettaq attakk sesswali fuq żewġ bniet f’lukanda li jaħdem fiha f’San Pawl il-Baħar.

L-akkużat wieġeb mhux ħati. Il-bniet għandhom 14 u 15-il sena. L-inċident allegatament seħħ waqt massage fil-lukanda San Antonio. Wara l-attakk, il-vittmi għamlu rapport mal-Pulizija.

Iż-żewġ minuri kienu bbukkjaw massage iżda li r-raġel spiċċa jmiss il-parti privati tagħhom.

L-akkużat baqa’ jinżamm taħt arrest.