Akkużat b’sajd illegali u pussess illegali ta’ tonn

Sajjied part-time ta’ 45 sena li allegatament qabad żewġ tonniet barra l-istaġun tas-sajd u mingħajr liċenzja tressaq il-Qorti kmieni dalgħodu.
Alfred Previ, li jaħdem bħala watchman mal-Gvern, ġie akkużat b’sajd illegali u pussess illegali tat-tonn.
Ir-raġel, li jgħix il-Fgura, allegatament qabad tonn li jiżen 50kg u 30kg, f’ibħa barra mit-territorju stipulat.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ €1,000.
Aktar kmieni dan ix-xahar, is-sajjied Għawdxi Andrew Azzopardi ġie ordnat iħallas multa ta’ €7,800 talli qabad mas-€700 f’lampuki barra l-istaġun