Akkuża oħra kontra Berlusconi

Ikomplu aktar sessjonijiet fil-Qorti għall-eks Prim Ministru u biljunarju Taljan, Silvio Berlusconi. Din id-darba, Berlusconi qed jiġi ordnat jidher quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ korruzzjoni. Dan wasal ftit biss wara li l-istess politiku tressaq il-Qorti akkużat bi frodi. L-akkuża ta’ korruzzjoni tirreferi għal tixħim li għamel Berlusconi mal-eks senatur, Sergio De Gregorio.

Dan tal-aħħar ammetta li rċieva tliet miljun ewro minngħand l-eks Prim Ministru Taljan. Huwa ntbagħt 20 xhar ħabs.

Il-mossa minn naħa ta’ Berlusconi kienet wasslet għall-waqa’ ta’ Romano Prodi lura fl-2006.