Akkademiċi mhux kuntenti bil-proposta għall-Università

L-istaff akkademiku tal-Università ta’ Malta jinsab imħasseb dwar l-emenda fl-Att dwar l-Università, li fost l-oħrajn tara bord governattiv ġdid magħżul personalment mill-Prim Ministru.
L-Assoċjazzjoni tal-Istaff Akkademiku fi ħdan l-Università ta’ Malta (UMASA) qal lim fil-qalba tal-prinċipji tiegħu hemm il-libertà akkademika, l-ambjent demokratiku universitarju, il-parteċipazzjoni studenteska u ż-żamma tal-opportunitajiet indaqs u d-diversità.
L-UMASA jidhrilha li dawn kollha qed jiġu mhedda bil-proposti għall-emendi, u l-aktar għax l-abbozz tħejja mingħajr ma ġew ikkonsultati rappreżentanti akkademiċi, fosthom l-UMASA stess.
Filwaqt li faħħret proposti oħra f’dan l-abbozz, għax sostniet li huma innovattivi, l-assoċjazzjoni ma qablitx mal-proposta dwar il-bord governattiv għax skontha se jipperikola l-awtonomija tal-università bħala istituzzjoni.
Enfasizzat li l-parteċipazzjoni tal-akkademiċi jeħtiġilha tiżdied, u mhux tintaqqar mill-università.
Madankollu pproponew li jitwaqqaf Bord tal-Appelli.
Dwar l-infrastruttura, l-UMASA nnutat l-għadd ta’ toroq li saru fl-università, iżda fadal xi jsir biex tiġi indirizzata l-isfida tal-iffullar fil-kampus.
L-UMASA mhix l-unika entità li lissnet tħassib. Ġimgaħtejn ilu l-Partit Demokratiku għamel l-istess, meta ngħaqad mal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU).
Dawn huma l-oġġezzjonijiet tal-assoċjazzjoni, f’puntini:

  • Kontra t-twaqqif ta’ Bord Governattiv
  • Imħassba għax id-dokument ma jsemmix xi rwol għandhom ir-riċerkaturi
  • Taqbel mad-dħul ta’ limitazzjonijiet fil-mandat, u tipproponi twessigħ tal-istrutturi elettorali biex jinħatar rettur u d-dekani
  • Tipproponi l-introduzzjoni ta’ Bord tal-Apelli
  • Tistenna li tiġi mistiedna madwar il-mejda meta l-karta tal-Att dwar l-Università tkun se tiġi abbozzjata

Sadanittant, il-Ġimgħa l-UMASA se tkun qed tippreżenta formalment il-pożizzjoni tagħha lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.
Ritratt: Ian Noel Pace