Ajruplani militari jeskortaw titjira tal-Qatar Airways wara theddida ta’ bomba

Ajruplani militari kellhom jeskortaw ajruplan Airbus A330 tal-Qatar Airways, sal-ajruport ta’ Manchester wara li waslu rapporti li kien hemm bomba abbord.
Fl-ajruplan, li telaq minn Doha, kien hemm 269 passiġġier kif ukoll 13-il membru tal-ekwipaġġ.
Il-Pulizija u l-Armata fir-Renju Unit ħadu dan il-każ b’urġenza kbira wara li waslu r-rapporti li kien hemm bomba u għalhekk ordnaw li żewġ ajruplani tal-RAF biex jeskortaw l-ajruplan sakemm baqgħu f’kuntatt mal-bdot.
Suldati telgħu abbord l-ajruplan u arrestaw raġel li jidher li kien il-moħħ wara dan l-attentat. It-titjiriet kollha fl-ajruport ta’ Manchester ġew sospiżi għal madwar 25 minuta.