Ajruplani Amerikani jitwaqqfu għax mhux siguri

L-awtoritajiet Amerikani ħarġu ordni biex l-ajruplani kbar tat-tip Boeing 787 Dreamliner ma jtirux.

Dan ħabbritu l-Federazzjoni Amerikana tal-Avjazzjoni wara ajruplan ta’ dan it-tip kellu jagħmel inżul tal-emerġenza fil-Ġappun.

L-inżul sar wara problemi tekniċi li nqalgħu fl-ajruplan, b’mod partikolari fil-batteriji tal-litju.

Qabel ma jtir Boeing 787 ieħor madwar id-dinja, il-manifatturi Amerikani tal-ajruplani jridu juru provi ta’ sigurtà lill-Federazzjoni Amerikana tal-Avjazzjoni.