Ajruplan żgħir Malti jikkrexxja hu u nieżel f’Katanja

Ajruplan żgħir ta’ kumpanija Maltija kkraxxja hu u nieżel fl-ajruport ta’ Katanja, Sqallija. Dan l-ajruplan jintuża għal taħriġ ta’ bdoti.

Skont rapporti, jidher li dan l-ajruplan niżel f’għalqa qrib tar-runway.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. 

Ritratt: Ian Noel Pace