Ajruplan żgħir f’inċident fl-ajruport ta’ Malta

Arkivji

Ajruplan żgħir kien involut f’inċident waqt l-inżul tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, skont l-ajruport.

Kelliema għall-ajruport qalet ma’ Newsbook.com.mt li timijiet tal-emerġenza ntbagħtu fuq iż-żona bħala miżura ta’ prekawzjoni. L-ajruport qal li ħadd ma weġġa’ fl-inċident li seħħ għall-ħabta tat-3 pm.

Il-kelliema qalet li ma ġewx affettwati titjiriet oħra. Infetħet investigazzjoni mill-Bureau of Air Accident Investigation dwar il-każ.