
Ħadd ma salva wara li ajruplan tat-tip Boeing 737 iġġarraf fl-Iran. L-ajruplan tal-linja tal-ajru Ukrena, Ukraine Airlines, iġġarraf ftit wara li telaq mill-ajruport Imam Khomeini fl-Iran.
Uffiċjali Iranjani fil-post fejn iġġarraf l-ajruplan qalu li mill-ewwel indikazzjoni jidher li ma salva ħadd. L-ajruplan kien sejjer dirett lejn il-kapitali tal-Ukrajna Kiev.
L-ajruplan iġġarraf sigħat wara li l-Iran wettaq attakk missilistiku fuq bażijiet Amerikani fl-Iraq imma s’issa uffiċjali Iranjani qed jgħidu li l-indikazzjonijiet huma li l-ajruplan iġġarraf minħabba raġunijiet tekniċi.
Storja li għadha qed tiżviluppa.