Ajruplan tan-NATO jaqa’ f’bażi militari fi Spanja

Għaxar persuni nqatlu u 13 oħra ndarbu wara li ajruplan militari Grieg tat-tip F16 waqa’ fuq il-bażi militari f’Albacete.
Din il-bażi tinsab mal-163 mil ‘il bogħod mill-kapitali Madrid.
L-ajruplan, li huwa parti mill-qawwiet tan-NATO kien qed jieħu sehem f’eżerċizzju militari iżda meta nqata’ mill-art żviluppa xi ħsara bil-konsegwenza li reġa’ waqa’ fuq hanger fejn kienu qed jinżammu iżjed ajruplani.
Mal-mejta hemm ukoll iż-żewġ bdoti li kienu fuq l-ajruplan militari.
Fuq il-post waslu bosta ħaddiema tas-salvataġġ u mhux eskluż li n-numru tal-vittmi jiżdied.