Ajruplan tal-Malaysia Airlines jirritorna wara 50 minuta fl-ajru

Ajruplan tal-Malaysia Airlines jirritorna lura lejn l-ajruport ta’ Kuala Lampur wara li kellu problemi ta’ pressjoni fl-arja.  
L-ajruplan li kien fi triqtu lejn Tokyo, kien ilu fl-arja għal madwar ħamsin minuta meta ġie mġiegħel jinżel lura fuq l-art minħabba li ma setgħetx tinżamm il-pressjoni tal-arja kif suppost ġewwa l-ajruplan. Madanakollu, kelliem għad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qal li din mhijiex problema kbira.  
F’dawn l-aħħar sitt xhur, il-Malaysia Airlines kellha sensiela ta’ traċedji. F’Marzu li għadda sparixxa l-ajruplan bit-titjira MH370, filwaqt li l-ajruplan bit-titjira MH17 ġie attakkat fis-17 ta’ Lulju li għadda. F’dawn iż-żewġ traċedji mietu mhux anqas minn 530 passiġġier.