Is-Segretarju tad-Difiża Amerikan jasal Malta

Aġġornat 11:17 PM
Facebook/Horizon

Read in English.

Is-Segretarju tad-Difiża tal-Istati Uniti Mark Esper wasal Malta llejla fuq titjira tal-qawwiet speċjali tal-Istati Uniti tal-Amerika. Din l-aħbar ġiet ippubblikata b’mod esklussiv fuq il-portal bl-Ingliż ta’ Newsbook.com.mt wara li tard it-Tlieta filgħaxija waslu Malta żewġ ajruplani tal-qawwiet Amerikani.

Din hija t-tieni titjira minn Andrews Airforce Base fl-istess ġurnata li l-Prim Ministru ddefenda l-pjanijiet tal-Gvern li jiffirma ftehim militari mal-Istati Uniti filwaqt li xejjen argumenti li dan il-ftehim jista’ jassigura li Malta tgħaddi mit-test tal-Moneyval.

U.S. Secretary of Defense Mark T. Esper arrived in Malta just moments ago onboard a United States Air Force C-32A. …

Posted by Horizon on Tuesday, September 29, 2020

Missjoni Speċjali bl-Ajru tipprovdi trasport bl-ajru għall-President tal-Istati Uniti (POTUS), il-Viċi President tal-Istati Uniti (VPOTUS), lill-First Lady tal-Istati Uniti (FLOTUS), il-Kabinett Presidenzjali, id-delegazzjonijiet tal-Kungress tal-Istati Uniti (CODELs), u dinjitarji oħrajn Amerikani u barranin ta’ livell għoli.

It-titjira 98-0002 USAF United States Air Force Boeing C-32A (757-2G4(WL)) waslet Malta fid-9.40pm. Sadanittant ajruplan ieħor tal-Air Force Amerikan wasal fl-10.10pm. Dan se jkun it-tieni ajruplan li jasal mill-Andrews Airforce Base.