Ajruplan tal-gwerra jattakka ajruport fi Tripli

Ajruplan tal-gwerra attakka l-uniku ajruport li għadu jiffunzjona fi Tripli hekk kif il-forzi tal-Lvant qegħdin joqorbu dejjem aktar lejn il-kapitali Libjana.

Bl-azzjonijiet tagħhom, il-forzi tal-Lvant immexxija minn Khalifa Haftar, qegħdin jinjoraw l-appelli globali li qegħdin isejħu għall-paċi, wara li l-pajjiż ilu 8 snin mingħajr gwerra mill-waqgħa ta’ Muammar Gaddafi.

In-numru ta’ mwiet qiegħed jikber, u l-istess it-theddida għall-provvisti taż-żejt u tal-petrol.

Tiqliel il-ġlieda għall-ħakma ta’ Tripli; imutu iżjed nies