Ajruplan tal-cartoons mal-flotta tal-Air Malta

Read in English.

Ingħaqad ajruplan ġdid mal-flotta tal-Air Malta, b’dehra pjuttost differenti.

Dan hekk kif ġie miksi b’karattri tal-cartoons li se jippromwovu avveniment ta’ Nickelodeon Treasure Hunt li se ssir bejn it-13 u t-18 ta’ April 2019.

L-ajruplan huwa tat-tip A320neo u jesa’ mal-180 passiġġier.

Għandu magni tat-tip CFM li jikkunsmaw inqas fjuwil minħabba li huma ikbar kif ukoll minħabba d-disinn modern tal-ajruplan.