Aġġornata: L-Ajruplan maqbud f’Pariġi jitlaq fil-ħin li ġej; l-operat tal-Air Malta lura għan-normal dalwaqt

L-Ajruplan tal-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, li aktar kmieni llum inqabad fl-ajruport ta’ Orly ta’ Pariġi minħabba ħsarat tekniċi, mistenni jħalli Franza dalwaqt.
Ma' Newsbook.com.mt, kelliem għall-Air Malta qal li enġiniera tagħha jinsabu f'Pariġi fejn spezzjonaw u sewwew il-ħsarat.
Intant, il-Linja Nazzjonali pprovdiet akkomodazzjoni u anke ikel lil dawk il-passiġġiera li kellhom ikunu fuq din it-titjira lejn Malta (KM 467).
Konsegwenza ta’ din il-ħsara numru ta’ titjiriet tal-Air Malta li kienu sekdati għal-lum is-Sibt spiċċaw ittardjaw
Fost dan ittardjaw it-titjirijiet KM116/7 minn u lejn Gatwick f’Londra u t-titjiriet KM102/3 minn u lejn Heathrow f’Londra.
Il-kelliem għall-Air Malta qal li l-passiġġiera tat-titjira KM116 li kellha tħalli Malta lejn Gatwick ttieħdu f'ajruporti oħra Ewropej u minn hemm l-Air Malta ħadet ħsieb twassalhom għal titjiriet oħra lejn Gatwick.
Appparti minn hekk l-Air Malta se tkun qed topera titjira żejda biex takkomoda lil dawk il-passiġġiera li kellhom ikunu fuq it-titjira KM117 minn Gatwick għal Malta.
L-Air Malta offriet assistenza lil dawn il-passiġġieri fosthom ikel u anke kumpens skont il-liġi.
Ma' Newsbook.com.mt il-kelliem għall-Air Malta talab apoloġija lil dawn il-passiġġiera u saħaq li l-ħaddiema kollha qed jaħdmu biex is-servizz jirritorna għan-normal dalwaqt
Aktar informazzjoni fuq is-sit tal-Air Malta.