Ajruplan tal-Air Malta jitniżżel Ruma minħabba emerġenza medika

Ajruplan tal-Air Malta kellu jinżel fl-ajruport Fiumicino f’Ruma minħabba emerġenza medika.
Kelliem għall-Air Malta kkonferma ma' Newsbook.com.mt li nqalgħet emerġenza medika abbord l-ajruplan u li l-kaptan ħa d-deċiżjoni li jniżżel l-ajruplan f'Ruma.
Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li t-titjira KM479 li telqet minn Pariġi ntbgħatet lejn l-Italja. Madanakollu, l-MIA ma setax jikkonferma r-raġuni tad-devjazzjoni. Skont il-kelliema, l-ajruplan għandu jasal Malta fis-13:40.
Skont l-Air Malta ma kienx hemm periklu għall-passiġġieri l-oħra abbord l-ajruplan.