Ajruplan tal-Air Malta jagħmel inżul ta’ emerġenza f’Dusseldorf

Ajruplan tal-Air Malta, li kien qed itir minn Malta lejn Dusseldorf, kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Dusseldorf stess.
Il-kumpanija tal-ajru kkonfermat fi stqarrija li fuq it-titjira KM352 kien hemm 125 passiġġier minbarra l-membri tal-ekwipaġġ, u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni mill-bdot li jagħmel inżul ta’ emerġenza biex jassigura s-sigurtà ta’ kull persuna fuq l-ajruplan.
L-ajruplan niżel b’mod normali.
Malli niżel, l-ajruplan ġie spezzjonat u nstab li kien hemm xi ħsarat f’wieħed mill-fannijiet tal-forn fuq l-ajruplan.  
Wara li ssolviet il-problema, u ġie ddikjarat li l-ajruplan seta’ jintuża’ mill-ġdid, it-titjira KM353 telqet minn Dusseldorf lejn Malta bla problemi. 
Ritratt: Ian Noel Pace