Ajruplan tal-Air Malta b’diffikultà f’Heathrow; wieqaf fl-ajruport

Ajruplan tal-flotta tal-Air Malta kellu xi diffikultajiet tekniċi u għaldaqstant, jinsab imweħħel fl-ajruport ta’ Heathrow fl-Ingilterra, u hu stmat li jittardja b’sagħtejn biex jiġi Malta.

L-ajruplan kellu jasal Malta fit-3.35pm, iżda issa huwa mniżżel fuq is-sit tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta li hu mistenni jasal fis-5.40pm.

Skont sorsi li għandu Newsbook.com.mtil-passiġġiera kienu riekba fuq l-ajruplan, li huwa wieqaf fir-runway. Huma ma ngħatawx ikel għall-ewwel, iżda fl-aħħar ħin tħallew jinżlu minn fuq l-ajruplan u ngħataw vawċers tal-ikel.

Kelliema għal-linja tal-ajru f’Malta ma kinitx taf x’tip ta’ diffikultà teknika sab l-ajruplan, u lanqas ma kienet taf il-passiġġiera humiex riekba jew le. L-aħħar informazzjoni li kellha kienet li l-passiġġiera kellhom ikunu l-ajruport fil-ħin stipulat oriġinarjament.