Ajruplan tal-Air India jirritorna lura wara li jintlemaħ ġurdien abbord

Ajruplan tal-Air India li kien qed itir lejn Londra kellu jdur lura lejn Mumbai wara li għadd ta’ passiġġiera abbord raw ġurdien fuq l-ajruplan.
Illum fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li minkejja li l-ġurdien ma nstabx, l-ajruplan irritorna lura sabiex tkun tkun protetta is-sigurtà tal-passiġġiera.
Il-171 passiġġieri mbagħad taru lejn Londra f’ajruplan separat.
Uffiċjal tal-Air India qal li qabel l-ajruplan ikun jista’ jerġa’ jintuża, hu se jkun iffumigat u ċċekjat. Ħaddiema tal-manutenzjoni se jassiguraw ukoll li l-ġurdien m’għamilx ħsara lill-ekwipaġġ jew li ma gidimx xi wajers.