Ajruplan tal-Air Malta involut f’inċident – dewmien fit-titjira

Malta International Airport plc

Read in English.

Ajruplan tal-Air Malta li kien skedat fuq it-titjira KM117 minn Gatwick f’Londra lejn Malta, kien involut f’inċident.

Fil-ħin tal-inċident, l-ajruplan ma kienx qed itir. L-enġiniera qed jaraw x’jistgħu jagħmlu biex l-ajruplan ikun jista’ jerġa’ jtir mill-ġdid fl-inqas ħin possibbli.

Il-linja tal-ajru Air Malta ħabbret li minħabba l-inċident it-titjira KM117 se jkun hemm xi dewmien fit-titjira. Air Malta skużat ruħha għall-inkonvenjenza li nħolqot iżda spjegat kif din kienet sitwazzjoni li tmur lil hinn mill-kontroll tagħha.

S’issa m’hemm l-ebda titjira oħra rrapurtata li se ddum.