Ajruplan militari Russu mill-ġdid jidħol fl-ispazju Tork

It-Turkija, għal darb'oħra wissiet lir-Russja u bagħtet għall-Ambaxxatur Russu għat-Turkija wara li ajruplan militari Russu daħal fl-ispazju Tork.
Il-President Tork Recep Erdogan wissa li jekk ir-Russja se tkompli b'dan il-ksur se jkollha taffaċċja l-konsegwenzi.
It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet teskala minn wara li t-Turkija waqqgħet ajruplan militari Russu f'Novembru li għadda meta daħal fl-ispazju Tork.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Tork ikkonferma li l-ajruplan militari Russu tar fuq it-Turkija nhar il-Ġimgħa f'11:46am ħin lokali.
Ir-Russja qed tattakka lis-Sirja mll-ajru f'missjoni ta' appoġġ lit-truppi tal-Gvern Sirjan fuq il-fruntiera mat-Turkija.