Ajruplan militari Libjan jagħmel inżul ta’ emerġenza fit-Tuneżija

A warplane belonging to eastern Libyan forces fighting the internationally recognized Tripoli government is seen after an emergency landing on a road in the southern Tunisian town of Beni Khadash on July 22, 2019. REUTERS/Stringer

Ajruplan tal-Forzi kkontrollati mill-Ġeneral Khalifa Haftar għamel inżul ta’ emerġenza fit-Tuniżija, bil-pilota ta’ dan l-ajruplan jinżamm arrestat.

Stqarrija mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-forzi ta’ Haftar qalet li għaddejjin negozjati mal-awtoritajiet Tuneżini biex jassiguraw il-ħelsien tal-pilota.

L-ajruplan illandja fil-Belt ta’ Beni Khadash, li tinsab fin-nofsinhar tal-pajjiż. L-aġenzija tal-aħbarijiet Tuneżina TAP dalet li l-Ministru tad-Difiża Tuneżin informa lill-awtoritajiet li kellu jagħmel dan l-inżul ta’ emerġenza minħabba problemi tekniċi.

Ajruplani tal-forzi militari Tuneżini intbagħtu biex jinterċettaw l-ajruplan tat-tip L-39, madanakollu hula għamel l-operazzjoni ta’ inżul qabel.

Dies li kienu fl-akkwati qalu li l-ajruplan illandja fuq triq, u ddawwar mill-karrozzi li waqfu biex jaraw din il-manuvra.