Ajruplan militari Amerikan jaqa’ f’Mississippi; 16-il suldat mejjet

Minn tal-inqas 16-il persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan militari tal-Istati Uniti waqa fl-istat ta’ Mississippi.
L-ajruplan waqa madwar 100 mil fit-Tramuntana tal-kapitali tal-Istat, Jackson.
Il-vittmi kienu kollha fuq l-ajruplan tal-Korp Militari u ħadd ma salva.
S’issa ma nħarġet l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar il-kawża tal-inċident.
Pumpiera ġrew għal fuq il-post u sprejjaw madwar 4,000 gallun foam biex jikkontrollaw in-nirien.
Għal bidu ma setgħux jersqu lejn l-ajruplan minħabba splużjonijiet ikkawżati mill-fjuwil.