Ajruplan li jfittex l-immigranti ma jitħalliex itir minn Malta

Is-Sea Watch, NGO Ġermaniża ta’ salvataġġ qalet li l-awtoritajiet Maltin waqqfu ajruplan żgħir milli jtir biex ifittex dgħajjes tal-immigranti fil-Mediterran. L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters irrappurtat li dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Gvern Malti.

Skont is-Sea Watch, din il-mossa qed titqies bħala parti minn dawk li sejħet sforzi ta’ Malta u l-Italja, li fi kiliemha qed jagħmluha impossibbli għall-NGOs li jgħinu lill-immigranti.

Żiedet tgħid li minn issa ‘l quddiem ma jistgħux isiru titjiriet ta’ tfittxija fit-Tramuntana tal-Kosta Libjana. L-ajruplan Moonbird tas-Sea Watch s’issa salva 20,000 persuna.

Il-ġimgħa li għaddiet, Malta għalqet il-portijiet għall-vapuri kollha tal-NGOs wara li ppermiet li jidħol fl-Isla, il-bastiment Lifeline, li fuqu kien hemm 234 immigrant. Il-kaptan tal-Lifeline tressaq il-Qorti akkużat b’diversi irregolaritajiet.

Aktar dettalji kif jaslulna.