Ajruplan jista’ jwasslek min-naħa għall-oħra tad-Dinja f’4 sigħat

Il-Gvern Ingliż investa £60 miljun dollaru biex tiġi żvillupa magna, li qed tissejjaħ tal-futur, li permezz tagħha tista’ ssiefer minn parti għall-oħra tad-Dinja f’inqas minn 4 sigħat.
Apparti li tista’ ddur id-dinja f’ħin qasir, il-magna l-ġdida, li qed tissejjaħ Sabre, tista’ twassal biex satelliti jittellgħu fl-ispazju b’inqas min-nofs il-prezz ta’ bħalissa.
Imma taħsibx li tista’ taqbad dan l-ajruplan għada! Il-kumpanija li qed taħdem fuq dan l-iżvilupp, mistennija tibda tagħmel it-testijiet sal-2025.
Skont esperti, ajruplani li jużaw il-magna li hi maħsuba li se tkun żvillupata, jistgħu jaċċelleraw sa ħames darbiet il-veloċità tal-ħoss, qabel jaqilbu għal rokit li jtellgħu l-ajruplan fl-ispazju.
L-ajruplan irid jiddependi fuq it-tkessiħ tal-arja li tidħol fil-magna. F'inqas minn sekonda, it-temperatura trid tinbidel minn 1,000 grad celcius għal 150 C taħt iż-żero.