Ajruplan jispiċċa f’nofs triq traffikuża fl-Iran

An Iranian passenger plane is seen after sliding off the runway upon landing at Mahshahr airport, Iran January 27, 2020. Mostafa Gholamnezhad/ISNA News Agency/WANA (West Asia News Agency) via REUTERS ATTENTION EDITORS - THIS IMAGE HAS BEEN SUPPLIED BY A THIRD PARTY.

Read in English.

Ajruplan tal-linja tal-ajru Caspian Airlines spiċċa f’nofs triq traffikuża wara li falla milli jieqaf fuq ir-runway. Ir-rapporti tal-midja tal-istat Iranjan rraportat li l-passiġġieri kolla ġew evakwati u ħadd ma’ ndarab. 

L-ajruplan kellu fuqu 135 passiġġier abbord u telaq mill-ajruport ta’ Tehran lejn Mahshahr kmieni t-Tnejn filgħodu. 

L-ajruplan ma’ nħakimx minn nirien u din għenet biex dan l-inċident ma’ jkollux effetti traġiċi. 

Is-Sibt li għadda kien hemm ajruplan ieħor, li kien telaq mill-Iran li kellu jmur lejn Istanbul u kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza minħabba ħsarat tekniċi. 

Il-linji tal-ajru Iranjani qed ikollhom għadd ta’ problemi, bl-awtoritajiet Iranjani jgħidu li dawn huma kkawżait minħabba s-sanzjonijiet li qed jostakolaw x-xiri ta’ spare parts, makkinarju neċċessarju biex jinbidlu meta hemm bżonn.