Ajruplan jiskiddja fuq runway fid-Danimarka

Ajruplan tal-kumpanija tal-ajru British Airways skiddja minn fuq ir-runway fl-ajruport ta’ Billung fid-Danimarka.
It-titjira BA804 minn Londra skiddjat minn fuq it-tarmak għal ħabta tad-9am.
Kelliem għal kumpanija qal li l-inċident kien riżultat ta’ problema teknika.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.