Ajruplan jirritorna Malta wara ħsarat hu u tiela

Ajruplan tar-Ryanair f’titjira minn Malta għal Luton l-Ingilterra, kellu jirritorna Malta wara li hu u tiela kien hemm kuntatt bejn id-denb tal-ajruplan u l-art.

Kif sar magħruf dan ġiet sospiża t-titjira sakemm tekniċi eżaminaw il-ħsarat. Huma ma sabux ħsarat kbar u għaldaqstant it-titjira saret bl-istess ajruplan fis-6.30pm.