Ajruplan jinżel fl-ilma; 47 salvati

Flotta ta’ dgħajjes żgħar dalgħodu salvaw 47 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ li kienu fuq titjira lejn waħda mill-gżejjer fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti. L-ajruplan niżel mal-lejl tard ilbieraħ. Għalkemm il-passiġġiera u l-ekwippaġġ ittieħdu għal aktar kura fl-isptar, ħadd ma kien irrapurtat li weġġa’ serjament.

L-ajruplan kien mistenni li jinżel fuq waħda mill-ġżejjer iżda minflok niżel fl-ilma, ftit aktar minn 100m l-bogħod mill-art. S’issa għadu mhux magħruf eżatt x’ġara, iżda kull persuna li kienet abbord irnexxielha s-salva u l-ajruplan qed jegħreq ftit ftit.