Ajruplan jidher għaddej fuq Tripli ftit qabel splużjoni

Ajruplan li għadu ma ġiex identifikat deher jissorvelja l-belt kapitali tal-Libja, Tripli.
L-ajruplan deher għaddej għal ħabta tas-2am.
Ftit wara nstemgħet splużjoni madwar 15-il kilometru ‘l barra mill-istess belt.
Skont kif qed jirraporta l-istazzjon Libjan Libia Awalan, f’dawn l-aħħar jiem il-militar Libjan ibbumbardja żoni partikolari qrib Tripli.