Airbnb issa aċċessibbli bil-Malti

Airbnb tintuża f'aktar minn 191 pajjiż u reġjun madwar id-dinja.

Read in English.

Minkejja li Airbnb diġà qed tintuża f’aktar minn 191 pajjiż u reġjun madwar id-dinja, qed issir ħidma biex il-pjattaforma ssir aċċessibbli għal aktar nies. Il-Maltin se jkunu jaċċessawha bil-Malti.

Fil-fatt, qed jirduppjaw in-numru ta’ lingwi li l-hosts u l-klijenti jistgħu jużaw fuq Airbnb. Issa li tappoġġja 62 lingwa madwar id-dinja, inkluż il-Malti, l-pjattaforma tal-Airbnb hija aċċessibbli għal aktar minn erba’ biljun kelliem nattiv. Kull sekonda, madwar sitt klijenti madwar id-dinja jagħmlu check-in fil-listings ta’ Airbnb.

Fl-2011, kien hemm 12-il belt b’aktar minn 1,000 listing ta’ Airbnb; illum il-ġurnata hemm kważi 1,000 belt li għandha aktar minn 1,000 listings ta’ Airbnb. Bl-istess mod, fl-2011 belt waħda biss laqgħat aktar minn 100,000 persuna f’listings tal-Airbnb, iżda matul l-aħħar sena, aktar minn 300 belt laqgħat aktar minn 100,000 persuna.

Dawn huma l-31 lingwa ġdida li issa huma disponibbli fuq Airbnb:

  • Albaniż (l-Albanija)
  • Armen (l-Armenja)
  • Ażeri (l-Ażerbajġan)
  • Bożnijaku (il-Bożnija)
  • Bulgaru (il-Bulgarija)
  • Ċiniż Tradizzjonali (Hong Kong SAR)
  • Ingliż (l-Awstralja)
  • Ingliż (il-Kanada)
  • Ingliż (ir-Renju Unit)
  • Estonjan (l-Estonja)
  • Franċiż (il-Kanada)
  • Ġeorġjan (Ġeorġja)
  • Ħindi (l-Indja)
  • Irlandiż (l-Irlanda)
  • Latvjan (il-Latvja)
  • Litwan (il-Litwanja)
  • Maċedonjan (il-Maċedonja ta’ Fuq)
  • Malti (Malta)
  • Montenegrin (il-Montenegro)
  • Rumen (ir-Rumanija)
  • Serbjan (is-Serbja)
  • Slovakk (is-Slovakkja)
  • Sloven (is-Slovenja)
  • Spanjol (l-Amerika Latina)
  • Spanjol (l-Arġentina)
  • Swahili (l-Afrika)
  • Tagalog (il-Filippini)
  • Ukren (l-Ukraina)
  • Vjetnamiż (il-Vjetnam)
  • Xhosa (l-Afrika t’Isfel)
  • Zulu (l-Afrika t’Isfel)