AirAsia: Tkompli t-tfittxija għall-kaxex is-suwed

Reġgħet kompliet it-tfittxija fil-baħar Java hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp huma xi ftit aħjar.
Il-missjoni ta’ tfittxija qed tkompli bit-tama li jinstabu l-kaxex is-suwed biex isir magħruf x’wassal għall-inċident tal-ajruplan tal-AirAsia.
It-titjira QZ8501 kienet qed ittir minn Surabaya fl-Indonesja lejn Singapore fit-28 ta’ Diċembru meta mbagħad sparixxiet mir-radar.
Sa issa nstabu 34 katavru iżda hu maħsub li l-fdalijiet tal-maġġoranza tal-vittmi jinsabu maqbuda fl-ajruplan.
Il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp xekklu l-attentati biex ikunu mfittxija oġġetti kbar li huwa maħsub li huma partijiet mill-ajruplan.
Minkejja li s’issa dehru ħames oġġetti fil-baħar, it-timijiet għadhom ma sabux l-oġġetti biex ikunu kkonfermati li huma tal-ajruplan tal-AirAsia.