AirAsia QZ8501: It-tim tat-tfittxija jsib “żewġ oġġetti kbar”

L-għada li bdiet it-tfittxija taħt il-Baħar Java għall-fdalijiet tal-AirAsia QZ8501, it-tim tat-tfittxija sab “żewġ oġġetti kbar.”
Il-kap tal-aġenzija li qed tinvestiga l-każ Bambang Soelistyo qal li vettura ta’ taħt il-baħar qed titniżżel iktar viċin il-qiegħ tal-baħar sabiex tieħu r-ritratti.
Sadanittant, l-aġenzija tat-temp Indoneżjan sostniet li t-temp kellu parti importanti fil-krexx tal-ajruplan.
L-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda meta l-ajruplan b’162 persuna abbord sparixxa minn fuq ir-radar. S’issa mill-baħar ittellgħu mat-30 vittma.