AirAsia: Jibda t-tiftix taħt il-baħar

Fil-baħar qrib il-gżira ta’ Java ssoktat it-tfittxija għall-fdalijiet tal-AirAsia hekk kif fuq il-post wasal apparat speċjalizzat li jippermetti tiftix fil-fond.
Matul il-ġurnata ttellgħu iktar vittmi hekk kif bdew isiru wkoll il-funerali tal-ewwel passiġġieri identifikati.
S’issa, mill-baħar, ittellgħu mat-30 vittma.
Wara l-inċident tal-Ħadd, meta l-ajruplan b’162 persuna abbord sparixxa minn fuq ir-radar, instabu xi biċċiet tal-ajruplan f’wiċċ il-baħar imma jonqos il-parti ċentrali li fiha huma maħsuba li se jinstabu l-bqija tal-vittmi kollha.