Air Supply għal Malta dan is-sajf

Id-duo ta’ fama internazzjonali Awstraljan, Air Supply dan is-sajf se jkun qed jagħti kunċert live f’Malta.
Dan bħala parti mill-mawra mondjali tiegħu hekk kif qed ifakkar l-40 anniversarju.
Il-kunċert, organizzat minn CMC Promotions se jsir fit-28 ta’ Awwissu fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Is-suċċessi ta’ Air Supply jinkludu Lost in Love, All out of Love, Just as I am, Even the Nights Are Better u Making Love Out of Nothing at All.
Il-biljetti jinkisbu minn 99821250 jew minn fuq www.cmcpromotionsmalta.com.