​Air Malta: Skont ta’ 30% fuq it-titjiriet

L-Air Malta nediet offerta ta’ 30% skont fuq il-prezzijiet Go Smart, hekk kif qed tiċċelebra t-13-il rotta ġdida tagħha.
L-offerta hija miftuħa għal perjodu ta’ ġimgħa u tiġi fi tmiemha fis-27 ta’ Frar.
L-iskont huwa applikabbli fuq it-titjiriet kollha lejn San Pietruburgu, Malaga, Lisbona, Comiso, Casablanca, Katanja-Vjenna, Venezja, Tuneż u Frankfurt, kif ukoll fuq ir-rotot il-ġodda mnedija din il-ġimgħa, lejn Southend ta’ Londra, Katanja – Londra Southend, Cagliari u Cagliari – Londra Southend.
Din l-offerta hija valida għal vjaġġar mill-1 ta’ Marzu 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2018 u tkopri l-prodott ta’ Go Smart, bil-prezz jinkludi bagalja rreġistrata ta’ 23 kg.
L-iskont huwa validu biss mis-sit tal-Air Malta fuq www.airmalta.com.