​Air Malta: 2 titjiriet imħassra; 7 posposti

L-Air Malta ħassret żewġ titjiriet u posponiet sebgħa oħra bejn illum u għada.
Fuq is-sit tagħha, l-Air Malta qalet li dan ix-xkiel huwa r-riżultat ta’ “restrizzjonijiet tal-ħidma u strajk fl-Italja”.
8 ta’ Ġunju

  • KM329 minn Frankfurt għal Malta kkanċellata
  • KM662 minn Malta għal Palermo posposta għas-01:00 am is-Sibt
  • KM646 minn Malta għal Katanja posposta għal-4:15 am is-Sibt

9 ta’ Ġunju

  • KM478 minn Malta għal Pariġi kkanċellata
  • KM479 minn Pariġi posposta għas-1:05 pm
  • KM466 u KM467 minn Malta lejn Orly ingħaqdu f’titjira waħda li titlaq fil-5:20 pm
  • KM467 u KM477 minn Orly għal Malta ngħaqdu f’titjira waħda li titlaq fl-10:35 pm

Kelliem għall-Air Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li dawn it-tibdiliet ma sarux minħabba xi nuqqas ta’ ajruplani. Qal li l-Air Malta mistennija takkwista ajruplan ġdid li għandu jasal fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Qal li l-kumpanija taħseb li wara li jasal l-ajruplan ma jkollhiex għalfejn tħassar jew tipposponi aktar titjiriet.
Il-kelliem qal li l-Air Malta jiddispjaċiha għall-inkonvenjent li nħoloq għall-passiġġieri. Qal li xi wħud mir-raġunijiet għall-inkonvenjent kienu barra mill-kontroll tal-Air Malta.
Ħames titjiriet tal-Air Malta li kellhom isiru bejn it-2 u t-3 ta’ Ġunju kienu ġew ikkanċellati.
Skont il-kumpanija AirHelp, l-Air Malta hija d-disa’ l-aqwa linja tal-ajru fid-dinja.