Żewġt aħwa tewmin ammettew li serqu minn tliet nisa anzjani.
Fil-Qorti, iż-żewġt aħwa li għandhom 35 sena u li huma minn Ħal Qormi ammettew li serqu l-basktijiet ta’ tliet nisa li għandhom aktar minn 80 sena. Is-serqiet twettqu f’Ħal Balzan, f’Tas-Sliema, u f’Birkirkara.
Fit-tliet serqiet, wieħed mill-irġiel kien jisraq il-basket filwaqt li l-ieħor kien isuq karozza biex jaħarbu biha.
L-avukat tad-difiża Francesco Refalo qal li l-klijenti tiegħu kellhom problema bid-droga. Għalhekk kienu jisirqu.
L-aħwa baqgħu jinżammu taħt arrest sakemm tinqata’ s-sentenza.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Christina Delia.
Il-Maġistrat kienet Gabriella Vella.