“Aħwa għeżież” – Papa Franġisku f’indirizz lill-Mafia Sqallija

Il-Papa Franġisku appella lill-Mafia Sqallija biex tabbanduna l-ħajja tal-kriminalità u vjolenza. Huwa qal li l-ġżira għandha bżonn irġiel u nisa li joffru l-imħabba u mhux li għandhom biss unur.

Franġisku, ġewwa l-kapitali Sqallija qal li membri kriminali organizzati, li ħafna minnhom jmorru l-knisja b’mod pubbliku, ma jistgħux jemmnu f’Alla u fl-istess ħin ikunu mafjusi. Fl-appel tiegħu irrefera għal dawn il-persuni bħala l-aħwa għeżież.

Il-Papa żar Palermo biex jikkommemora lil qassis li kienu sparaw lejh u qatluh xi irġiel membri tal-Mafja. Dan sar minħabba li l-qassis kien ikkontesta l-kontroll li għandha l-organizazzjoni fuq wieħed mill-inħawi l-aktar ħorox tal-belt.