Aħsiblu jekk trid tieħu kors fid-dinja tal-ispettaklu

Skola Ingliża bbażata f’Malta li tħejji studenti għad-dinja tal-ispettaklu qed tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-korsijiet il-ġodda tagħha.
Il-Brit Academy, li twaqqfet f’Malta ftit iktar minn sena ilu minn Lee McCallion, li ilu fil-qasam tal-ispettaklu għal bosta snin, tħarreġ l-istudenti tagħha fis-żfin, drama u studji vokali.
L-istruttura tal-akkademja nħolqot b’tali mod li toffri taħriġ progressiv, li jsegwi l-bidliet frekwenti fl-oqsma differenti tagħha.
L-akkademja għadha kemm ġiet rikonoxxuta lokalment fil-Maltese Island Festival meta l-istudenti kkompetew ma’ oħrajn aktar esperjenzati u li ġejjin minn skejjel stabbiliti.
Madankollu l-istudenti tal-Brit Academy rebħu premjijiet għal Musical Theatre u Drama fost oħrajn.
Waħda mill-għanijiet tal-akkademja hija dik li toffri lill-istudenti opportunitajiet internazzjonali, u għaldaqstant għadha kif assigurat li fi żmien l-Għid, l-istudenti jattendu kors f’Kulleġġ fir-Renju Unit.
Il-Kulleġġ Laines huwa magħruf fl-Ewropa bħala wieħed li jipproduċi wħud mill-ikbar gradwati li jsibu xortihom fl-industrija tal-films, tat-televiżjoni u tal-mużika.
Jekk tixtieq tapplika jew tistaqsi għal aktar informazzjoni tista’ tagħmel dan billi tibgħat imejl fuq lee@britacademymalta.com.