Aġġornata: Aħsiblu jekk sejjer lejn il-Marsa u Santa Venera

Ritratt: Arkivji

Aħsiblu jekk se tgħaddi mill-bypass ta’ Birkirkara.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li fl-aħħar ħin żewġ vetturi tal-linja waqfu minħabba xi ħsarat fi Triq Dun Karm, Birkirkara, direzzjoni lejn in-Nofsinhar ta’ Malta. Kawża ta’ dan inġemgħa t-traffiku fl-akwati.

Għall-ħabta tas-7.30am l-aċċess lejn Triq Reġjonali mill-mini ta’ Santa Venera reġa’ infetaħ. Dan wassal biex beda jtaffi xi ftit it-traffiku, hekk kif aktar kmieni kien appellat biex sewwieqa huma appellati biex jużaw rotot alternattivi hekk kif it-traffiku kien qed iwassal sa Paceville.