Aħsiblu jekk se tgħaddi mill-akkwati ta’ Pembroke dan il-weekend

Infrastructure Malta ħabbret li nhar il-Ġimgħa u nhar is-Sibt bejn it-8.30am u s-6pm se jitlesta l-kisi bl-asfalt tar-roundabout ġdida bejn Triq  Sant’Andrija, Pembroke u l-Madliena, fl-inħawi tas-Swieqi.

F’post fuq Facebook Infrastructure Malta qalet li parti mill-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq Sant’ Andrija se tkun magħluqa u l-karozzi li jkunu sejrin fid-direzzjoni lejn San Ġiljan u l-Imsida jridu jgħaddu mid-dawra lejn Triq Martin Luther King.

Is-sewwieqa qed ikunu appellati biex isegwu t-tabelli lejn din ir-rotta temporanja u biex jaħsbu kmieni minħabba dewmien hekk kif it-traffiku mistenni jiżdied fl-akwati tul dawn il-jumejn hekk kif irid joħroġ minn Pembroke minħabba d-devjazzjoni.

🚧On #Friday and #Saturday (25th, 26th September 2020), 8:30am to 6pm, we’re completing the asphalt laying works of the…

Posted by Infrastructure Malta on Wednesday, September 23, 2020