Aħsiblu jekk se taqsam il-fliegu

Jekk se taqsam il-fliegu llejla, aħsiblu għax il-Gozo Channel jaf jieqaf jaħdem.
Ma’ Newsbook.com.mt, iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li bħalissa s-servizz qed jopera normali. Wissa’ li r-riħ se jkompli jżid u għalhekk id-deċiżjoni joħodha l-kaptan f’każ li jkun hemm periklu biex is-servizz jibqa’ jopera.
Għalhekk, aħsiblu jekk se taqsam il-fliegu fis-sigħat li ġejjin.
Skont l-uffiċċju meteoloġiku, ir-riħ mill-Punent Majjistru se jkun qawwi għal qawwi ħafna.
It-temperatura mistennija tinżel għal 9 gradi Celsius.