Aħsiblu jekk se tagħmel l-eżamijiet tal-London

Jekk tixtieq tapplika għall-eżamijiet tal-Edexcel London li se jsiru f’Jannar tal-2019, tista’ tagħmel dan bejn it-3 u l-14 ta’ Settembru bejn it-8am u 12pm.

L-eżamijiet tal-London huma forma oħra tal-O-levels. Biex wieħed ikun jista’ japplika għall-eżamijiet tal-Edexcel London, irid ikun spiċċa l-Form 5 jew inkella għalaq is-16-il sena sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.

L-istudenti li għandhom kont tal-e-ID iridu japplikaw biss onlajn għal dawn l-eżamijiet, billi jaċċessaw is-sit elettroniku www.exams.gov.mt.

Dawk li m’għandhomx kont tal-e-ID iridu jirrikorru għand id-Dipartiment tal-Eżamijiet, li l-indirizzi tagħhom jinsabu hawn taħt biex jimlew l-applikazzjonijiet manwalment u jagħmlu l-pagament dovut. 

  1. Jekk f’Malta: Dipartiment tal-Eżamijiet, The Mall, Triq Sarrijja, il-Furjana
  2. Jekk f’ Għawdex: Ċentru tal-Eżamijiet, Triq Fortunato Mizzi, Rabat

Għal aktar dettalji tista’ tirrikorri d-Dipartiment tal-Eżamijiet fil-Furjana.