Aħsiblu jekk mhux imniżżel fir-Reġistru Elettorali

Read in English.

Jekk m’intix imniżżel fir-Reġistru Elettorali għandek ċans tirreġistra ruħek sat-30 ta’ Settembru tal-2019. Dan ħareġ minn stqarrija tal-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali. Ir-Reġistri Elettorali għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea se jiġu ppubblikati f’Ottubru.

Il-persuni kollha ta’ nazzjonalità Maltija u tal-Unjoni Ewropea li għandhom 16-il sena ‘l fuq u li mhux fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2019 jistgħu jirreġistraw. Dan dejjem jekk għandhom il-kwalifiki neċessarji. Intant, dawk li diġà huma reġistrati qed jintalbu jivverifikaw li d-dettalji personali tagħhom huma korretti.

Jekk tixtieq tibdel id-dettalji tiegħek, tista’ tgħarraf lill-Uffiċċju Elettorali billi japplikaw għall-karta tal-identità elettronika mill-Uffiċċju tal-e-ID Cards għaċ-ċittadini Maltin u e-Residence Cards għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet kollha taċ-ċittadini Maltin iridu jaslu għand Identity Malta Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda jew 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, u għal dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, l-applikazzjonjiet iridu jaslu għand Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza, Pjan Terran, Evans Building, Misraħ Sant’ Iermu, il-Belt Valletta jew eResidence Card Unit, Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.