Aħsiblu jekk ħa timposta ittra nhar il-Ġimgħa

Aħsiblu jekk ħa timposta ittra nhar il-Ġimgħa. Dan hekk kif MaltaPost p.l.c. infurmat lill-pubbliku li nhar il-Ġimgħa l-aħħar ġabra tal-ittri se ssir kmieni.

Fi stqarrija l-Kumpanija qalet li nhar il-Ġimgħa l-aħħar ġbir mill-kaxxi tal-ittri se jsir fis-1pm, filwaqt li l-Parcel Office li jinsab fil-Head Office, il-Marsa, se jagħlaq fl-4pm.