Aħsiblu jekk bżonn il-posta

Il-Malta Post qed tavża lill-pubbliku ġenerali li bi qbil mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-Uffiċċji Postali kollha se jkunu magħluqa fis-26 ta’ Diċembru 2018 u t-2 ta’ Jannar 2019. F’dawn il-ġranet mhux se jkun qed isir tqassim u ġbir ta’ posta.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju Postali hemm ukoll li l-Uffiċju tal-Parcels fil-Marsa se jagħlaq fl-4:00pm mit-Tnejn li ġej, bl-aħħar ġabra ta’ ittri ssir fis-1:00pm.

Il-posta fi Triq Manuel De Vilhena, il-Gżira mhux se tkun qed isservi ta’ Sub Post Office minn għada filwaqt li l-letterbox ta’ Triq San Pawl, fil-Belt Valletta hija temporanjament magħluqha.