Aħseb kmieni jekk se ssiefer fit-22 jew fid-29 ta’ Diċembru

siefru nies telqu Malta
Arkivji

Aħseb kmieni jekk se ssiefer fit-22 jew fid-29 ta’ Diċembru hekk kif l-ajruport se jkun kemmxejn bieżel. Dan ħareġ minn stqarrija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li tkellmet dwar il-vjaġġi fi żmien il-festi li dalwaqt waslu.

Fi żmien il-Milied, bosta huma dawk li jivjaġġaw mal-familji u għaldaqstant l-ajruport mistenni jkun bieżel mhux ħażin. Fl-istqarrija ġie spjegat li tim se jkun qed jilqa’ 130,000 passiġġier bejn it-22 u l-31 ta’ Diċembru. 16,500 persuna se jgħaddu mill-ajruport Malti fit-22 u fid-29 ta’ Diċembru.

L-ajruport qed jitlob lil kull min se jsiefer f’dan iż-żmien sabiex jagħmel iċ-check-in tiegħu mid-dar u jasal l-ajruport mill-inqas sagħtejn qabel it-tluq tat-titjira. Il-passiġġieri qed jiġu mfakkra wkoll sabiex ma jniżżlux rigali diġà miksijin. Dawk kollha li jmorru l-ajruport kmieni se jingħataw l-imqaret, il-qagħaq tal-għasel u anke ftit ċumnata.